L-aħwa se jkollhom jinfirdu

Illejla fl-10pm fuq l-istazzjon Net tkompli s-sensiela Vittmi, l-aħħar xogħol ta’ Lino Grech qabel ma’ ħalliena. Illejla tixxandar l-għaxar puntata.

Marisa jkollha terġa’ tirrakkonta l-istorja ta’ ħajjitha lill-imgħallem tagħha. Għaliex għamlet dan? In-Nannu Karmenu għaliex imur imbaqbaq għand bintu Emma, u ma min isibha fid-dar?

Fl-istitut, il-Madre tispjega lil Nicole li minħabba l-età, hi u ħuha se jkollhom jinfirdu minn xulxin. Kif se jeħduha din l-aħbar l-aħwa Patrick u Nicole?

Vittmi għandu kitba ta’ Lino Grech bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Daniel Borg Carbott u Fabian Scerri DeCarlo.

L-episodju ta’ wara dan mistenni jixxandar it-Tnejn fl-10pm.