L-aħwa Murray jirbħu lill-par Franċiż fil-Washington Open

getty images

L-aħwa Andy Murray u Jamie Murray irritornaw għal-logħba tad-doubles għall-ewwel darba wara li l-aħħar li lagħbu flimkien kien fl-2016. L-aħwa rnexxielhom jirbħu tlett settijiet kontra l-par Franċiż Nicolas Mahut u Edouard Roger-Vasselin.

L-aħwa Skoċċiżi fallew tliet match points qabel ma rnexxielhom jagħlqu l-logħob 6-4 6-7 (7-9) 10-5 fil-Washington Open. Għalkemm issieltu biex rebħu, irnexxielhom jirbħu l-aħħar tmien punti in-fila biex waslu għar-rebħa.

Aktar kmieni din il-ġimgħa Andy Murray qal li jista’ jkun jirritorna għal-logħob singles u jieħu sehem fiċ-Cincinnati Masters ix-xahar id-dieħel. Murray li għandu 32 sena beda jikkompeti fid-doubles minn Ġunju li għadda wara li għamel operazzjoni f’ġenbu f’Jannar.

AQRA: Hemm ċans li Murray jirritorna għas-singles waqt il-Masters ta’ Cincinnati