L-aħwa Keith u Kurt Camilleri mistiedna jsuqu għal-Lamborghini

L-aħwa promettenti Keith u Kurt Camilleri ġew mistiedna għal-provi ma’ tim tal-Lamborghini biex issuqu karozza tal-kategorija Super Trofeo.

Keith Camilleri għadhu kif rebaħ il-kampjonat Malti Enemed Hillcrimb Championship li ġie organizzat mill-Island Car Club. Min naħa tiegħu, Kurt Camilleri riċentement spiċċa fuq il-podju waqt il-Hillclimb Masters ġewwa Gubbio. Iż-żewġt aħwa huma sewwieqa mal-Camilleri Racing Team li huwa mmexxi minn missierhom Hubert Camilleri li kien rebaħ il-kampjonat Malti tal- Hillclimb 13-il darba.

Il-Lamborghini li ġew mistiedna biex issuqu għandha chassis Dallara u magna Lamborghini b’potenza ta’ 620BHP. Il-provi ser isuru it-Tlieta 15 ta’ Jannar ġewwa ċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Andria.

Is-sewwieqa Maltin ser ikunu l-ħin kollu taħt is-superviżjoni professjonali tat-tim Lamborghini f’din l-esperjenza unika .