L-aħwa Degiorgio issa b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus

Read in English.

L-aħwa Degiorgio, li huma wkoll akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ttelgħu l-Qorti akkużati li kienu involuti mal-ħasil tal-flus.

Alfred Degiorgio u George Degiorgio kienu preżenti fl-awla flimkien mas-sieħba ta’ George Degiorgio. Kien hemm preżenza qawwija ta’ pulizija.

L-avukati tad-difiża talbu biex isir divjett fuq isem is-sieħba ta’ George Degiorgio minħabba li din qed tieħu ħsieb erbat itfal. Il-Qorti ma aċċettatx din it-talba.

Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi tal-aħwa Degiorgio u tas-sieħba ta’ George Degiorgio.

Id-difiża insistiet li l-mara għandha tingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba t-tfal li qed tieħu ħsieb. Il-prosekuzzjoni kkonfermat li qed tieħu ħsieb erbat itfal iżda ma kinitx favur li tingħata l-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ordnat biex it-tliet imputati jibqgħu arrestati.