L-aħjar pajjiżi fejn tgħix jekk int mara

L-aqwa pajjiżi fejn jgħixu n-nisa ingħataw il-punti għal 5 attribwiti: id-drittijiet umani, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ugwaljanza fil-pagi, il-progress u s-sigurtà tal-pajjiż. Dan sar wara studju qabel Jum il-Mara f’Marzu li ġej.

  1. Il-Polonja

Kisbet l-ogħla marki fl-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet umani li huma rrispettati ferm fil-pajjiż.

  1. Il-Portugall

Pajjiż li jbati finanzjarjament, imma d-drittijiet umani mħarsa sew.

  1. L-Italja

Irnexxielha tikseb marki tajbin fejn jidħlu d-drittijiet umani, iżda xorta għadha problema li mara ssib impjieg xieraq.

  1. Spanja

In-nuqqas ta’ impjieg għadu jirrenja, iżda saru passi ‘l quddiem fejn tidħol l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet umani.

  1. Il-Ġappun

Dan huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li mexa ‘l quddiem fit-teknoloġija u għalhekk ġabar il-punti massimi f’dan il-qasam.

  1. L-Istati Uniti

L-inugwaljanza fil-pagi għadha xi ħaġa li dan il-pajjiż għadu qed jiġġieled, iżda huwa pajjiż li għamel progress kbir u jirrispetta l-ugwaljanza bejn is-sessi.

  1. L-Irlanda

Pajjiż li hu kkunsidrat bħala wieħed konservattiv, naqas milli jġib punti għolja f’dak li hu progress, iżda punti kważi massimi fid-drittijiet umani, għenuh jagħmilha san-numru 15.

  1. Franza

Dan in-nazzjon Ewropew iħalli impatt qawwi fuq il-bqija tad-dinja u jirrenja fid-drittijiet tal-individwu.

  1. Ir-Renju Unit

Bil-Prim Ministru mara, ir-Renju Unit kiseb xi ftit punti mhux ħażin fejn jidħol l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet umani.

  1. L-Awstrija

Dan il-pajjiż fiċ-ċentru tal-Ewropa, huwa ppakkjat bil-kultura u jiftaħar

b’livell għoli ta’ għajxien. Huwa rnexxielu jikseb punti tajbin f’dak li hu d-dritt uman u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

  1. Il-Lussemburgu

Il-Lussemburgu huwa l-aktar pajjiż sinjur fl-Unjoni Ewropea, bl-ogħla livelli ta’ għajxien u d-drittijiet umani.

  1. Il-Ġermanja

Dan il-pajjiż kiseb punti għolja f’dak li hu progress kif ukoll fid-drittijiet umani.

  1. New Zealand

Il-Prim Ministru preċedenti ta’ dan il-pajjiż mexxa ‘l quddiem il-pajjiż f’dak li hu progress kif ukoll saret l-iżgħar mara li għandha kariga ta’ tmexxija.

  1. L-Awstralja

Dan il-pajjiż għandu medja għolja ħafna tal-għomor ta’ persuna kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. L-Awstralja kisbet ukoll marki għolja fid-drittijiet umani.

  1. L-Iżvizzera

Dan huwa wieħed mill-aqwa pajjiżi fejn mara tista’ tgħix minħabba li hu pajjiż newtrali u paċifiku.

  1. Il-Kanada

Dan il-pajjiż kiseb marki ferm għolja fid-drittijiet umani u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

  1. Il-Finlandja

Dan kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ta d-dritt lin-nisa biex jivvutaw u l-opportunità li jkunu eletti fil-parlament.

  1. L-Olanda

Dawn irnexxielhom inaqqsu d-differenza bejn is-sessi f’dik li hi saħħa, edukazzjoni, ekonomija u politika.

  1. In-Norveġja

In-Norveġja kisbet it-tielet post, b’waħda mill-aktar politiki ġenerużi għal-leave tal-maternità.

  1. L-Iżvezja

Post wieħed biss ‘il bogħod mill-ewwel post, l-Isvezja huwa l-aktar wieħed progressiv fejn tidħol l-ugwaljanza bejn is-sessi.

  1. Id-Danimarka

Fl-ewwel post insibu d-Danimarka li kisbet il-punti massimi fid-drittijiet umani u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Dan il-pajjiż għandu wkoll wieħed mill-aktar leave tal-ġenituri flessibbli fl-Ewropa.