L-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus fid-dinja

Aġġornat 11:03 AM
Coronavirus
A woman wears a surgical mask as she walks through Terminal 5 at Heathrow Airport in London, Britain March 6, 2020. REUTERS/Hannah McKay

Read in English.

Bħalissa madwar id-dinja hawn total ta’ 102,262 każ tal-coronavirus, inkluż issa wieħed f’Malta.

Skont is-sit worldometers.info, l-imwiet reġistrati b’rabta mal-virus madwar id-dinja telgħu għal 3,497 każ. Intant, 57,660 ġew rikoverati minn dan il-virus.

Segwu l-aħħar aġġornament fuq dan is-sit minn hawn.

60 każ ġdid fil-Belġju

Siti internazzjonali qed jirrappurtaw kif fil-Belġju ġew irrappurtat 60 każ ġdid tal-coronavirus. B’hekk it-total tela’ għal 169 każ.

Fil-Ġermanja jidher li hemm total ta’ 684 każ ikkonfermati. Iżda sa issa għadhom ma ġewx ikkonfermati mwiet b’rabta mal-virus. Fi Franza mbagħad hemm 613-il każ li wassal sabiex joħorġu ordnijiet biex jingħalqu l-iskejjel fir-reġjuni affettwati min-nhar it-Tnejn.