L-aħħar xogħol ta’ Lino Grech jixxandar mill-ġdid

Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fl-10pm, mit-Tnejn 29 ta’ Ġunju, l-istazzjon Net se jkun qed ixandar is-sensiela Vittmi li hija produzzjoni li fl-istorja tat-televiżjoni bħala l-aħħar xogħol ta’ ktiba ta’ Lino Grech. Net TV se jkun qed ixandar iż-żewġ staġuni li hemm ta’ din l-istorja.

Vittmi hija ko-produzzjoni bejn NET  TV,  Daniel Borg Carbot u Fabian Scerri DeCarlo, f’isem NJOY Media Entertainment, li b’esperjenza f’dan il-qasam gew fdati mill-istess awtur sabiex jipproducu dan l-ahhar xoghol tieghu.

Vittmi hu teleserial kontroversjali li jiffoka fuq il-ħajja moderna u mgħaġġla  ta’ llum li tiġi ffaċċjata minn problema matrimonjali, fejn wara 10 snin ta’ żwieġ perfett bejn Emma u Aldo, il-ħajja tinqaleb ta’ taħt fuq. Is-sitwazzjoni tkompli tiggrava u l-intensità tal-problemi bdew jinħassu mhux mill-koppja biss iżda minn dawk kollha li imIssu magħhom, bħal uliedhom, il-membri l-oħra tal-familja, kollegi tax-xogħol, u ħbieb

Vittmi huwa teleserial bi storja ta’ mħabba, emozzjoni,  tensjoni , intriċċi, għira, u pika.

Il-cast jinkludi lil Fabian Scerri De Carlo, Sarah Camilleri, Maria Emma Buhagiar, Marvic Doughty, Kyle Scerri De Carlo, Daniel Borg Carbott, Lilian Pace Vassallo u Godwin Scerri.