L-aħħar tmienja fil-kompetizzjonijiet Ewropej

Aktar tard fl-12pm fis-sede tal-Uefa f’Nyon se jkollna t-tlugħ tal-poloz tal-aħħar tmien timijiet fil-kwarti tal-finali taċ-Chanpions League u fis-1pm jkollna dawk tal-Europa League.
Fil-kwarti tal-finali taċ-Champions Legaue nsibu lil Manchester United, Chelsea, Borussia Dortmund, Bayern München, Real Madrid, Atlético Madrid, Barcelona, Real Madrid, Paris Saint-Germain.
Fl-Europa League t-timijiet li kkwalifikaw wara l-partiti tal-bieraħ huma AZ Alkmaar, Valencia, Sevilla, Juventus, Benfica, Olympique Lyonnais, FC Basel u FC Porto.
Il-partiti tal-ewwel leg ta’ dan l-istadju jintlagħbu fl-1 ta’ April u fit-2 ta’ April bit-tieni leg li jintlagħbu ġimgħa wara.