L-aħħar tliet sigħat tal-maratona Oħloq Tbissima

Waslet fl-aħħar sigħat tagħha l-maratona Oħloq Tbissima, bis-somma miġbura sad-9pm €126,743.
Il-maratona ta’ 60 siegħa qed issir b’risq il-missjonijiet li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għandha f’Dar San Ġuzepp f’Malta, fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippini.
Matul il-maratona qed issir serata varjata b’diversi spettaklu minn ħin għall-ieħor.
Qed jintwerew ukoll diversi features esklussivi dwar il-ħidma missjunarja tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl filwaqt li qed isiru wkoll links mal-missjunarji fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippini permezz ta’ Skype.
Il-maratona tintemm f’nofsillejl.
 
Għal aktar informazzjoni u anke biex issir donazzjoni, wieħed jista’ jżur www.ohloqtbissima.com.