L-aħħar tliet Prim Ministri m’għamlu xejn biex jeqirdu l-qarnit mafjuża li għamel ħsara – Bartolo

“Jekk ikolli naqsam lejn in-naħa tal-Oppożizzjoni mit-taġen immur fin-nar. Aħna qegħdin ottu, intom ottant ottu u niġu 888”

Miguela Xuereb

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-aħħar tliet Prim Ministri f’Malta m’għamlu xejn biex jeqirdu dan il-qarnit mafjuża li qed jagħmel ħsara kbira lill-pajjiż. Meta kien qed jitkellem fil-parlament, Bartolo qal li l-aħħar Prim Ministru li prova jiqfilhom kien Alfred Sant.

Il-Ministru kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari dwar l-allegat każ ta’ korruzzjoni fuq il-proġett ta’ Montenegro impoġġija mill-kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista għandu jkollu l-umiltà u d-diċenza li jurih rispett peress li kien hu li tkellem kontra l-aġir ta’ Prof. Joe Bannister li skontu qered is-settur Finanzjarju li b’tant sagrifiċċju kien kabbar Mario Felice.

“Jekk ikolli naqsam lejn in-naħa tal-Oppożizzjoni mit-taġen immur fin-nar. Aħna qegħdin ottu, intom ottant ottu u niġu 888,” stqarr Bartolo.

Fuq mistoqsija ta’ Carmelo Mifsud Bonniċi, dwar l-ambaxxatur għal Montenegro Karl Izzo, il-Ministru qal li bħalissa l-ministeru tiegħu qed jiġbor l-informazzjoni kollha fuq is-suġġett u jara kif seħħew l-affarijiet. Hu ċaħad fuq mistoqsija tad-deputat Karol Aquilina li kienet qed ssir investigazzjoni u qal li ma jkollu l-ebda problema li jneħħi lill-ambaxxatur jekk kellha toħroġ informazzjoni li hu involut.

Filwaqt li qal li ma kienx lest li jiżvela x’kien diskuss fil-Kabinett, hu stqarr li sema’ l-ewwel darba bil-każ meta ħareġ ir-rapport tal-Reuters. Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk kienx minnu li kif ġie rraportat fil-mezzi tax-xandir, l-eks kummissarju tal-Pulizija kien avża lill-Kabinett kollu dwar dan il-każ.