L-aħħar tislima lil Gigi Proietti f’xandira diretta fuq it-TV

Gigi-Proietti

L-aħħar tislima lill-attur Taljan Gigi Proietti li miet nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru, proprju fil-jum ta’ għeluq it-80 sena tiegħu, se tkun qed tingħata għada l-Ħamis 5 ta’ Novembru fil-11am fil-Chiesa degli Artisti fi Piazza del Popolo ta’ Ruma.

Minħabba fis-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19 id-dħul fil-knisja se jkun wieħed limitat u għaldaqstant iċ-ċerimonja funebri se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali Taljan Rai Uno.

Ix-xandira se tibda fl-10am b’edizzjoni speċjali ta’ UnoMattina fejn l-attur ferm maħbub se tingħatalu tislima xierqa proprju qabel ma tibda x-xandira praesente cadavere mill-knisja f’Ruma.

Proprju minħabba f’hekk l-iskeda ta’ programmi ta’ Rai Uno se jkollha xi tibdil fil-ħin ta’ filgħodu.