L-aħħar tislima lil Gabriel Caruana l-Ħamis

Il-funeral tal-artist Gabriel Caruana se jsir nhar il-Ħamis fit-8.30am.

Ħabbru dan il-membri tal-familja tiegħu fuq Facebook fejn qalu li l-funeral se jsir fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan, b’korteo funebri jibda fit-8am minn Triq il-Kbira lejn il-Knisja. Huma rringrazzjaw lil dawk kollha li wrewhom imħabba u sapport f’dan iż-żmien diffiċli.

Caruana miet ilbieraħ fl-età ta’ 89 sena. Id-dinja tal-arti fakkritu permezz ta’ diversi kummenti li ngħataw minn esponenti diversi fil-kamp artistiku.