L-aħħar tislima lil Emily

Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares tħabbar li nhar il-Ħamis 23 ta’ Lulju, fit-8.30am fil-knisja tal-Fgura, se ssir ċelebrazzjoni tal-Anġli għal ruħ Emily, li ħalliet din id-dinja wara li tilfet il-ġlieda tagħha mal-kanċer nhar it-2 ta’ Lulju.

Wara ċ-ċelebrazzjoni fil-knisja se ssir difna privata fil-qabar tal-familja. Il-familja qed titlob bħala lbies ikun roża jew abjad.

Puttinu Cares tħabbar li huwa importanti li min se jattendi jsegwi l-istruzzjonijiet tal-knisja għal dakinhar u tal-persuni inkarigati.

Minflok fjuri qegħdin jiġu apprezzati donazzjonijiet lil Puttinu Cares biex titfakkar il-memorja taċ-ċkejkna.

Il-familja rringrazzjat lil kull persuna li wriet solidarjetà magħha waqt dan iż-żmien diffiċli.