L-aħħar tislima lil Chavez fil-Venezwela

Kienet tislima emozzjonali dik li l-Veneżwelani taw lill-President Hugo Chavez fil-funeral statali li sar f’Karakas.
Il-Viċi President Nicolas Maduro qal fid-diskors tiegħu li Chavez baqa’ ‘pur u rebbieħ’ tul l-14 il-sena li mexxa l-pajjiż.
Maduro kien mistenni jieħu t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh. Huwa irid isejjaħ elezzjoni fi żmien 30 jum. Il-kap tal-Oppożizzjoni Capriles qal li Maduro ma kellux dritt jieħu t-tmexxija tal-Gvern f’idejh.
Hugo Chavez miet nhar it-Tlieta fl-età ta’ 58 sena wara sentejn jiġġieled il-marda tal-kanċer.
Iktar minn 30 kap ta’ stat ħadu sehem fil-funeral tiegħu, fosthom il-President Kuban Raul Castro u l-President tal-Iran Mahmoud Ahmadinejad.