L-aħħar tħejjijiet għall-Konklavi biex jintgħażel Papa ġdid

Fil-Kappella Sistina fil-Vatikan għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għall-Konklavi biex jintgħażel Papa ġdid. Il-Konklavi li jibda għada wara nofsinhar. F’dan l-avveniment storiku, 115 il-kardnial taħt it-80 sena huma mistennija li jidħlu fil-Kappella Sistina sabiex jivvutaw. Huma se jivvutaw għada filgħaxija u sa erba darbiet f’ġurnata jekk il-Papa ġdid ma jiġix elett għada. Sabiex jiġi elett Papa, irid ikollu maġġoranza ta’ 77 vot. Il-Kardinali favoriti għal din l-elezzjoni huma l-Kanadiż Kardinal Marc Ouellet, u oħrajn fost l-oħrajn mill-Brażil, l-Amerika, l-Italja kif ukoll mill-Arġentina.