L-aħħar tħejjijiet għal Bethlehem f’Għajnsielem 2013

Għaddejjin l-aħħar tħejjijiet, biex wara nuqqas ta' sena terġa' titella' tal-attivita` Bethlehem f'Għajnsielem li hija attrazzjoni għal eluf ta' persuni li jżuruha.

Il-villaġġ t’Għajnsielem f’dawn il-jiem jinbidel f’villaġġ tan-nattivita` b’presepju ħaj li jinvolvi s-sehem ta’ 150 attur.

Dan il-villaġġ se jiftaħ nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 5 ta’ Jannar. L-attrazzjonijiet jinkludu forn, suq li jbigħ il-frott tal-istaġun, ħut u għażla kbira ta’ ħxejjex. Se jkun hemm ukoll żona ddedikata għall-artiġjanat tradizzjonali. Il-villaġġ se jkun maqsum f’djar differenti li fihom ikun hemm familji biex ifakkru li l-Milied huwa ċelebrazzjoni tal-familja.

L-attrazzjoni ewlenija se tkun il-grotta ta’ Bambin Ġesu li jkun f’idejn il-Madonna u San Ġużepp.