L-aħħar tgħanniqa

Kyle Amick tat l-aħħar tgħanniqa lill-kelba tagħha Hannah wara li ddeċidiet li traqqadha minħabba l-kundizzjoni fiżika tal-kelba tar-razza Pit Bull terrier.

Wara 11-il saħħa ta’ ħbiberija u mħabba li l-mara wriet lejn il-kelba deher ċar li Hannah kienet qed tbati għaliex il-mediċini li kienet qed tieħu ma setgħux ifejquha. Kienet tbati mill-artrite u minn attakki tal-puplesija.

Kyle qasmet qalbha taraha tbati u ħadet id-deċiżjoni iebsa li sserraħha minn tant tbatija. Fuq Facebook kitbet li meta ddeċidiet li tagħtiha l-mediċina biex ma titlifhiex kienet qed tkun egoista. Imma mbagħad li twaqqfilha l-mediċini kien pass krudili.

“Iżda ma stajtx, fl-aħħar mill-aħħar, ma nraqqadhiex,” kitbet. “Ħassejt li Hannah kienet taf li kelli nieħu deċiżjoni għaliha. U ħadt din id-deċiżjoni b’qalbi maqsuma.

“Fl-aħħar ġurnata ħadtha dawra bil-karozza, tajtha sandwich l-aktar favorit tagħha u qgħadna nilagħbu f’Petsmart.”

Fuq Facebook ċerta Jill Kurth kitbitilha lura: “Ta’ swied il-qalb kbir li kellek tgħaddi minn dan kollu. Iżda issa m’hemmx aktar uġigħ għaliha u qiegħda fil-Ġenna issa.”