L-aħħar teknoloġija għal pazjenti bil-glawkomja issa f’Malta

Waslet f’Malta wkoll l-aħħar teknoloġija għal pazjenti bil-glawkoma, hekk kif intużaw impjanti ġodda fuq ħames pazjenti.
Ix-xahar li għadda saret proċedura ġdida għall-glawkomja bħala parti minn sessjoni ta’ taħriġ għal tobba organizzata minn Allergen.
Il-pazjenti msemmija kellhom l-impjanti l-ġodda tad-ditta Xen impjantati f’għajnejhom.
L-impjanti Xen huma mmirati għal persuni li l-kundizzjoni tal-glawkomja tagħhom ma tkunx tippermettilhom li jimmaniġjawha biss bil-qtar tal-għajnejn.
L-impjanti jikkonsistu f’tubu żgħir twil 6mm bi ħxuna ta’ xagħra ta’ bniedem li jiddaħħal fil-għajn bi pre-packed injector.
Dawn l-operazzjonijiet saru mit-tobba tal-Oftalmoloġija, Dr Mario Vella u Dr Francis Carbonaro fl-Isptar Mater Dei.
It-tobba qalu li l-pazjenti li għamlu l-operazzjoni marru tajjeb ferm, u tnaqqsiltilhom il-pressjoni f’għajnejhom grazzi għall-impjanti.