L-aħħar Tazza tad-Dinja għal Pogba?

Il-mid-fielder Franċiż Paul Pogba qal li t-tazza tad-dinja li qed issir bħalissa fir-Russja tista’ tkun l-aħħar waħda tiegħu. Huwa qal dan hekk kif Franza qed tħejji biex tiffaċċja lid-Danimarka biex tkun tista’ tispiċċa dan ir-rawnd fl-ewwel post tl-grupp.

Waqt konferenza tal-aħbarijeit, Pogba qal li filwaqt li qed jieħu gost jilgħab, din tista’ tkun l-ħħar Tazza tad-Dinja għalih. Qal li din dejjem kienet il-ħolma tiegħu li qed iwettaqha għat-tieni darba. Żied li ried ikun rejalistiku għax kollox jista’ jiġri, għalkemm wera t-tama li dan ma jseħħx.