L-aħħar suttana ta’ Papa Franġisku meta kien Kardinal tinsab f’Għawdex

Issa tista' tgħid li l-gżira Għawdxija għandha attrazzjoni oħra li wieħed jista' jżur.  Din id-darba marbuta ma' Papa Franġisku.

L-aħħar suttana li l-Papa libes meta kien Kardinal, ingħatat lill-mużew ‘Heart of Gozo – il-Ħaġar’ f’Għawdex li jinsab ir-Rabat.

Il-Papa Franġisku libisha l-aħħar darba waqt il-konklavi f’Marzu li għadda, proprju qabel ma' intagħżel biex ikun Mexxej tal-Knisja.

Kien is-saċerdot Għawdxi Mons. Alfred Xuereb, li hu s-segretarju personali tal-Papa li ta s-suttana lil mużew.  Mons. Xuereb li hu mill-belt Victoria, bħalissa jinsab fuq btala f'Għawdex qabel ma jkompli ħidmietu fil-Vatikan.