L-aħħar staġun għal Schweinsteiger

L-eks plejer ta’ Bayern Munich, u Manchester United, Bastian Schweinsteiger ħabbar li se jirtira mill-futbol fl-età ta’ 35 sena. Hu kiteb post fuq il-midja soċjali u indirizzaha lis-segwaċi tiegħu. Hu qalilhom li wasal iż-żmien biex jieqaf u se jkun qed jagħmel dan fl-aħħar tal-istaġun.

Fuq il-post irringrazzja lill-eks timijiet tiegħu u lit-tim kurrenti Chicago Fire. Irringrazzja wkolla lil martu Ana Ivanovic u lill-familja tiegħu tas-sapport li wrewh. Hu qal li għalkemm se jkollu jsellem lil sħabu, eċitat għall-isfidi li qed jistennewh.