‘L-aħħar sena ta’ riċessjoni għall-Greċja’ – Ministru tal-Finanzi Grieg

Il-Ministru għall-Finanzi Grieg, Yannis Stournaras, sostna li din is-sena se tkun l-aħħar waħda ra’ riċessjoni għal pajjiżu.

Huwa qal li l-ekonomija Griega għandha tibda tirkupra fl-aħħar xhur ta’ din is-sena u tibda tikber fl-2014.

Il-Ministru Grieg qal ukoll li issa l-probabiltà li l-Greċja titlaq miż-żona Ewro hija waħda minima ħafna.