L-aħħar ritratt

Ritratt: Facebook/Wayne Aquilina

Il-jum beda fuq nota iebsa għall-preżentatur u l-qraba ta’ Wayne Aquilina, li huwa wkoll is-Sindku tal-Kalkara, hekk kif ħarġet l-aħbat tal-mewt ta’ nanntu Polly.

F’messaġġ mill-isabħ fuq is-sit soċjali Facebook, Aquilina, li jippreżenta l-programm Espresso fuq One, tella’ l-aħħar ritratt li huwa kien ħa mal-għażiża nanntu.

Dan l-aħħar ritratt ta’ Wayne ma’ nanntu ttieħed fid-dar ta’ Polly qabel daħlet l-isptar, minn fejn qatt ma’ ħarġet.

Ir-ritratt sħiħ, meġud mill-paġna Facebook ta’ Wayne Aquilina

Huwa ddeskriva lill-mara bħala waħda li ma kellhix passatempi ħlief li ssajjar għall-familja kollha u li dejjem kien ikollha l-ikel lest għal min imur fi kwalunkwe ħin. Iddeskriviha bħala mara li sal-aħħar nifs ta’ ħajjitha kienet dejjem moħħha f’uliedha, fit-tfal tat-tfal u fit-tfal tagħhom, tant li l-aħħar ftit kliem li lissnet qabel marret lejn il-Ħallieq kien “Għandhom x’jieklu t-tfal?”

Ritratt: Facebook/WayneAquilina

Kondoljanzi lill-Wayne u l-familja Aquilina waqt dan il-mument ta’ dieqa.