L-aħħar preparamenti għat-tieġ

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa Frank u Petra qed iħejju l-aħħar preparamenti għat-tieġ. Min se jżewwiġhom?

Manwela tgħid lil Decelis dak li qed taħseb li se jagħmel Feliċ. Kemm hi ċerta minn dak li qed taseb? U l-kummissarju x’azzjoni se jieħu?

Lil Sarah jgħidilha biex tkun ix-xhud ta’ Frank. Iżda x’ġaralha?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela, bi produzzjoni ta’ Rewind, għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba la Rosa. Dan l-episodju ikollu repetizzjoni nhar it-Tnejn fl-10.15am.

L-episodju li jmiss se jixxandar it-Tnejn 29 ta’ Ġunju (l-Imnarja) fl-3.45pm fuq Melita More.