L-aħħar partita ta’ Pirlo

Fil-21 ta’Mejju bosta plejers rinomati ser ikunu qed jipparteċipaw fl-aħħar partita uffiċjali ta’ Andrea Pirloli ħa tiġi organizzata ġo San Siro f’Milan. Massimiliano Allegri, Carlo Ancellotti, Antonio Conte, Roberto Donadoni u Mauro Tassotti ser ikunu qed imexxu żewġ timijiet magħmula minn eks kollegi ta’ Pirlo. Paolo Maldini u Alessandro Nesta huma fost il-plejers li ħa jattendu għal din il-partita testimonjali u l-preżenza tagħhom, u dik t’oħrajn, għandha tqanqal memorji sbieħ fost il-partitarji Milanisti. Filfatt kien proprju ma’ Maldini u ma’ Nesta li Pirlo rebaħ sensiela ta’ unuri, fosthom iċ-Champions League fl-2003 u fl-2007. Pirlo huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-ġenerazzjoni tiegħu u apparti s-suċċessi li kiseb ma’ klabbs bħal Milan u Juventus, hu rebaħ ukoll it-Tazza tad-Dinja fl-2006 wara li l-Italja għelbet lil Franza bl-għoti tal-penalties.