L-aħħar laqgħa tal-kabinett għal Cameron, għada jagħti r-riżenja lir-Reġina

David Cameron illum se jmexxi l-aħħar laqgħa tal-kabinett bħala Prim Ministru, hekk kif Theresa May qed tħejji biex tieħu postu.
Cameron se jagħti r-riżenja tiegħu lir-Reġina għada, biex May tkun tista’ taħtar it-tim ministerjali tagħha.  
Theresa May wegħdet riforma radikali fil-qasam soċjali u ekonomiku fir-Renju Unit.  M
adanakollu, dwar xnigħat li r-Renju Unit se jsejjaħ elezzjoni ġenerali, il-midja internazzjonali qed tgħid li May kienet ċara li dan mhux se jseħħ.