‘L-aħħar jiem servew ta’ twissija ta’ kif il-PL se juża l-ġustizzja’ – Dr Lawrence Gonzi

F’attività politika fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru u kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Lawrence Gonzi, appella lil dawk li għadhom indeċiżi kif se jivvutaw, biex ma jpoġġux lil Malta fir-riskju li titlef kull ma kisbet fl-aħħar snin.

Dr Gonzi qal li huwa perikoluż li wieħed juża l-ġustizzja bħala ballun politiku.

B’referenza għall-kwistjoni tar-recordings ta’ Toni Abela, il-Prim Ministru sostna kif dan għandu jkun interpretat bħala twissija ċara ta’ kif se jimxi il-PL bil-ġustizzja.

Il-kap Nazzjonalista kompla jgħid kif il-Partit Laburista qed jagħmel minn kollox biex inessi x’għamel l-aħħar gvern Laburista li dam biss 22 xahar.

Fl-attività, li saret fil-Waterfront, tkellmu wkoll il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista tal-1 distrett elettorali.