Filmat: L-aħħar immigranti tal-Aquarius jerħulha lejn il-Ġermanja

L-aħħar grupp ta’ immigranti li kien għad fadal biex jiġu rilokati minn Malta wara li waslu hawn f’Settembru abbord l-MV Aquarius, telqu llum għall-Ġermanja, skont ma ħabbar il-Prim Ministru fi tweet.

Il-141 immigrant li ddaħħlu Malta kellhom jiġu rilokati għal Franza, l-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Portugall u Spanja.

Fit-tweet tiegħu, il-Prim Ministru rringrazzja lill-pajjiżi Ewropej li kkoperaw biex din il-ħidma ta’ salvataġġ setgħet tirnexxi.