L-aħħar ġimgħa ta’ Sorelle għall-2019

Ritratt: Ivan Borg

Din il-ġimgħa hija l-aħħar waħda għas-sensiela Sorelle hekk kif wara l-ħames puntati li jmiss se tkun qed tieqaf għal ġimgħatejn. Il-puntati li jmiss se jkunu qed ikomplu fuq TVM fil-ħin tas-soltu tat-3pm mit-Tnejn 6 ta’ Jannar 2020.

Matul din il-ġimgħa, l-aħħar waħda għas-sena 2019 se jkunu qed iseħħu bosta intriċċi. Dan hu dak li mistenni jiġri f’kull puntata.

It-Tnejn 16 ta’ Diċembru

Angela kienet qed tistenna lil xi ħadd… lil min? X’intqal xħin waslet? Immorru lura fiż-żmien u naraw min kien mar iżur lil Angela… x’qalilha xħin kienet qed tgħix fid-dar tal-abbandunati u kif qed tħossha Angela issa?

It-Tlieta 17 ta’ Diċembru

Għaliex Angela ma tridx tiftaħ qalbha ma’ Jodi? Iżda Jodi insistiet li tkellimha… għaliex? X’qalu lill-xulxin? Illum naraw kif Jodi għamlet kuntatt ma’ Angela…. X’qalulha dwarha? Kif qed tħossha? Malcolm ċempel lil Jodi… x’aħbar se jkun qed jagħtiha?

L-Erbgħa 18 ta’ Diċembru

Ritratt: Ivan Borg

X’kien ġara meta Jodi marret tara lil Sister Angela meta kienet qiegħda fil-Home? X’kienet qaltilha Ritienne? Bettina marret tkellem lil Sister Angela… x’qaltilha dwar Darren u għaliex kienet tassew kuntenta? X’qalet Angela xħin Jodi tatha l-aħbar dwar Louisa?

Il-Ħamis 19 ta’ Diċembru

Bettina tat raġun lil Sister Angela… minn fejn kienet saret taf bl-informazzjoni? X’reazzjoni kellha Sister Angela meta Jodi qaltilha li kienet se toħodha tgħix magħha d-dar tagħha? X’għamlet Sister Angela xħin rat ir-ritratt tal-ħamest aħwa flimkien? X’ġara meta daħlet fil-kamra tas-sodda l-ġdida tagħha? Lil min ċemplet Jodi?

Il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru

Kif inhi sejra Angela d-dar ta’ Jodi? Għaliex kienet qed tibża’ toħroġ mill-kamra tas-sodda tagħha? Fejn marru Jodi u Angela biex jisfugaw id-dwejjaq li kellhom? Vince u Maxine marru jieklu ġo restaurant… min kien hemm qed jiekol ukoll u x’ġara xħin Maxine kellha bżonn tmur fil-kamra tal-banju?      

Ritratt: Ivan Borg

Sorelle jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm, b’ripetizzjoni dakinhar stess fil-11.25pm u l-għada fis-6.15am. Imbagħad il-puntati kollha jkollhom ripetizzjoni s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.

Din is-sensiela għandha kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa u produzzjoni ta’ Rewind Productions.