L-aħħar ftit xhur ħajja għal veġetarjan marid bil-Mad Cow

Raġel li ilu għal dawn l-aħħar ħames snin veġetarjan, marad b’Creutzeldt-Jakob Disease, li hija marda ekwivalenti għall-Mad Cow fuq il-bniedem.

Ritchii Kara, ta’ 28 sena, issa fadallu biss mas-sena ħajja u huwa probabli li l-marda ħadha ftit xhur biss qabel ma’ sar veġetarjan.

Kara saħaq li hu ilu għal dawn l-aħħar erbgħa snin isofri minn sintomi żgħar, bħall-uġiegħ ta’ ras u nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-bilanċ ta’ ġismu. It-tobba, kienu qed jatribwixxu dan kollu għal stress.

Kien biss sentejn ilu li Kara ntbgħat għand speċjalista malli mar jgħix fi Brighton. Eventwalment irriżulta li hu kien qed ibati minn Creutzeldt-Jakob Disease. Din il-marda taffetwa l-memorja, il-koordinazzjoni u l-vista.

Din il-marda tiġi kkawżata meta jittiekel laħam minn baqar affetwat bil-marda.