L-aħħar ftit sigħat ta’ kampanja elettorali fil-Ġermanja

Hekk kif għada ssir l-elezzjoni ġenerali fil-Ġermanja, l-partiti politiċi jinsabu għaddejjin bl-aħħar ftit sigħat ta’ kampanja elettorali fil-pajjiż.

L-istatistika turi li l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel tal-Partit Demokristjan se tirbaħ il-maġġoranza tal-voti.

Hu mifhum ukoll li l-partiti li kienu jiffurmaw l-aħħar Gvern immexxi minn Merkel mhux se jaqbżu l-5% li hemm bżonn biex jassiguraw maġġoranza fil-Parlament.

Għalhekk jekk dan jiġri, Merkel se jkollha tikkunsidra koalizzjoni mar-rivali Peer Steinbrueck mill-Partit tas-Soċjalisti Demokratiċi.

Fost l-aħħar attivitajiet marbuta mal-kampanja elettorali fil-Ġermanja, Angela Merkel qed torganizza rally fi Stralsund, filwaqt li l-Partit tas-Soċjalisti Demokratiċi qed jorganizza avveniment fi Frankfurt.