LIVE: L-aħħar ftit sigħat mill-Maratona Oħloq Tbissima

Read in English.

Maratona Oħloq Tbissima 2020

Posted by Oħloq Tbissima on Sunday, July 19, 2020

Waslet fl-aħħar serata l-Maratona Oħloq Tbissima li se ssir bejn il-5pm u nofsillejl. Din il-maratona qed tixxandar LIVE fuq Newsbook.com.mt kif ukoll fuq FLiving anke fuq Net TV u One TV. L-organizzaturi tal-maratona qed iħeġġu lin-nies biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom kemm permezz tat-telephone kif ukoll online fuq is-sit www.ohloqtbissima.com.

Sal-bieraħ f’nofsilejl kienet inġabret is-somma ta’ €360,000.

Wieħed jista’ wkoll iwassal id-donazzjoni personalment f’Dar ta’ San Ġużepp Santa Venera fejn mill-5pm sal-10.30pm fejn qed ikun hemm il-voluntierà jieħdu d-donazzjonijiet. 

Waqt ix-xandir televiżiv qed jiġu mxandra l-esperjenzi ta’ missjunarji Maltin direttament mill-Perù, Pakistan u l-Filippini dwar is-sitwazzjoni preżenti li qed jgħixu fiha. Bħalissa tirrenja l-inċertezza li ma jafux meta se jiġu għan-normal u meta forsi se jirritonaw għax-xogħol. L-organizzaturi qalu li kieku ma kienx għall-missjunarji li qed jagħtuhom jieklu kieku kien ikun hemm ħafna mwiet min-nuqqas tal-ikel milli bil-Covid-19.

Wieħed jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu minn issa billi jċempel fuq dawn n-numri:
51002031 – €20
51902080 – €50

Wieħed jista’ ukoll jibgħat SMS:
50619285 – €11.65

Il-linja tal-pleġġ 21445544

Donazzjonijiet, anki minn barra min Malta, se jkunu possibbli permezz tas-sit www.ohloqtbissima.com.