Ritratti: L-aħħar episodju ta’ Triq Waħda

Josephine Zammit Cordina u Mario Micallef

Fl-aħħar puntata minn din is-sensiela li qed titwassal fuq TVM fl-4.10pm se naraw fil-cast lill-attur Żep Camilleri li ħalliena s-sena l-oħra.

L-episodju jiftaħ bil-wasla ta’ Dun Salv jasal fuq il-post tal-inċident li kellhom Rose u Ronnie. Tgħid it-tnejn li huma se jsalvaw? U t-tarbija ta’ Rose x’se jsir minnha? Anna kif se teħodha l-aħbar?

Il-kundizzjoni ta’ Lora tkompli sejra għall-aġħar u hi ma turix li taf li qiegħda tmut. X’aħbar għandha Dorothy għal Victor? X’se jiġri issa li hu tilef ix-xogħol?

Min hu Claude u f’ħajjet min se jidħol?

X’sorpriża qed iħejju r-residenti tar-raħal għal Johnnie?

Triq Waħda hu msejjes mir-rumanz Ġirien ta’ Alfred Sacco b’addattament televiżiv ta’ Lino Grech u jwassal l-istorja ta’ 4 familji li jispiċċaw joqogħdu fl-istess blokk ta’ appartament. Il-karattri huma varji bi stejjer mqanqla ta’ dawn il-ġirien li ma jaqblux bejniethom filwaqt li tinħass id-differenza fil-klassi soċjali ma’ karattri oħra fl-istorja.

Triq Waħda kellu produzzjoni eżekuttiva ta’ Ġorġ Peresso filwaqt li d-direzzjoni televiżiva kienet dik ta’ Mario Parascandalo.

It-tema tal-għeluq tas-sensiela hija kantata minn Georgina b’mużika ta’ Paul Abela u lirika ta’ Ġorġ Peresso.