L-aħħar episodju ta’ Sorelle jixxandar illum

Sorelle 60

L-aħħar episodju għal din is-sena mis-sensiela Sorelle se jkun qed jixxandar fuq TVM illum fl-3.40pm.

Fl-episodju tal-lum Bella ċċempel lil Gina. X’se tgħidilha dwar Janice u għaliex qed tibża’ minn Leo u x’jista’ jagħmel? Vince jistaqsi lil Naomi x’relazzjoni kellha mal-familja tiegħu. X’se tgħidlu?

Alex juri xi ritratti lil Vince. Min kien hemm fihom u x’jaħseb Vince? Għaliex kien tassew irrabjat għal dak li kien ra?

Sorelle 60

Sorelle jkompli bl-episodji l-ġodda t-Tnejn 4 ta’ Jannar, fl-3.40pm fuq TVM.

Sorelle 60

Sorelle għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.