L-aħħar dehra pubblika tal-Prinċep Harry din is-sena?

Il-Prinċep Harry attenda għall-aħħar avveniment pubbliku għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat tas-sena, qabel ma hu, Meghan u binhom Archie se jkunu qed jieħdu pass lura mid-deher fil-pubbliku.

Id-Duka ta’ Sussex li għandu 35 sena attenda għall-OneSide Awards li saru ġewwa r-Royal Albert Hall f’Londra. Il-familja se jkunu qed jieħdu ħinhom biex ikunu flimkien qabel il-festi tal-Milied.  

Waqt is-serata, Harry qal li hu importanti li wieħed jifhem is-saħħa mentali għax b’hekk iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem aktar milli jippruvaw jibqgħu ħajjin. Dan hu eku ta’ dak li qalet martu Meghan waqt intervista fuq il-televixin ix-xahar li għadda.

Skont rapporti barranin, il-familja mistennija tmur sal-Amerka fejn hu maħsub li se jkunu qed jiċċelebraw flimkien il-jum popolari fl-Amerka tat-Thanksgiving.