L-aħħar ċikonja kellha l-ġwienaħ u kapaċi ttir – Kaċċaturi

L-għaqda Kaċċaturi San Ubertu qalet li l-qtil taċ-ċikonji huwa att kriminali u li dan sar għal skopijiet finanzjarji.

Il-kaċċaturi qalu li l-kriminali jippreferu li ma jkollhomx kaċċaturi madwarhom u għalhekk is-suġġeriment tal-BirdLife li l-istaġun tal-ħarifa ma jiftaħx qabel il-15 t’Ottubru kienet proposta vendikattiva.

Fi stqarrija b’reazzjoni għall-istqarrijiet li ħarġu l-BirdLife u l-CABS, l-għaqda tal-kaċċaturi qalet li l-argument li ntużaw biex kkonkludew l-aħħar ċikonja inqatlet mingħajr ebda evidenza hija essaġerazzjoni bl-għan li jħammġu lil Malta u l-kaċċaturi peress li l-iktar spjegazzjoni sempliċi hija li din għandha ġwienaħ biex ittir u tpassi u mhux bilfors għax inqatlet.