L-aħħar ċans għall-Griegi?

Waqt li s-swieq finanzjarji Amerikani komplew jissaħħu, dawk Ewropej jinsabu mitlufin minħabba l-problemi maħluqa mill-Greċja.
Il-Griegi qed iżommu t-tensjoni fis-swieq Ewropej. Sal-aħħar tax-xahar, il-Greċja għandha tħallas parti mid-dejn u interessi. S’issa qed tgħid li se tħallas biss jekk ikun ftehim li jinħafrilha iktar dejn fost kundizzjonijiet varji.
Jidher li l-pajjiżi Ewropej qed jiddejqu li kull xahar, il-Greċja qed tiġi b’din il-problema.
Pajjiżi bħall-Irlanda u l-Portugall, li wkoll kellhom problemi kbar fl-2008, għamlu r-riformi neċessarji u llum bdew jaraw titjib fl-ekonomiji tagħhom. Għall-kuntrarju, il-Greċja fl-aħħar xhur marret il-baħar wara li għal xi żmien kienet rat avvanz.
Is-settur tal-bonds għadu wieħed b’saħħtu ferm u f’livelli għolja.
Minkejja dan, l-ishma Ewropej għamlu gwadann s’issa din is-sena imma dan qed jitnaqqas kull ġimgħa speċjalment bit-tensjoni li qed joħloq il-Prim Ministru Grieg.
Fl-aħħar jiem dan issorprenda lil bosta meta mar għal laqgħa fir-Russja minflok poġġa mal-mejda ma’ pajjiżi Ewropej biex isib soluzzjoni.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net, Tel. 21493250. Tista’ tirċievi dan l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net 
L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma pprovduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investimen