L-aħħar attentat tal-Blackberry….jaqleb Android

L-aħħar tama għall-Blackberry hi li jibda jopera bis-sistema Android.
Il-pjanijiet tal-kumpanija huma li toħroġ smartphone b’touch screen u li jkollu wkoll keyboard toħroġ minnu għal dawk li jippreferu jittajpjaw.
Dan hu l-aħħar attentat ta’ dan il-manifattur tal-mowbajls ibbażat fil-Kanada, li bħalissa s-sehem tiegħu fis-suq huwa biss ta’ 0.4%.
Il-Blackberry tippjana wkoll li toħroġ il-Blackberry Experience Suite, għal smartphones li jaħdmu bl-iOS u l-Android, imma b’features tal-Blackberry.