L-aħħar attentat għal Johnson biex jikseb l-appoġġ tal-MP dwar Brexit

Boris Johnson se jagħmel attentat biex jipperswadi lill-Membri Parlamentari Ingliżi jappoġjaw il-ftehim ta’ Brexit. Il-vot dwar dan li se jsir nhar is-Sibt u hu mistenni li se jqajjem tensjoni kbira bejn il-Membri.

Johnson qal li hu kunfidenti li l-Membri Parlamentari se jkunu qed jagħtuh l-appoġġ tagħhom.

Il-verdett tas-Sibt ġewwa l-Commons se jkun l-aħħar ċans għall-prim ministru biex jikseb l-approvazzjoni tal-parlament qabel jiskadi ż-żmien.

Il-Membri Parlamentari għaddew leġiżlazzjoni fejn issuġġerew li Johnson għandu jsaqsi lill-Unjoni Ewropea biex iż-żmien qabel iseħħ Brexit ikun estiż sal-31 ta’ Jannar tal-2020. Iżda Johnson insista kemm il-darba li mhux se jagħmel dan.