L-aħħar 4 puntati ta’ Elf Metodu jixxandru llejla

Is-sensiela Elf Metodu, b’kitba ta’ Simon Bartolo fuq idea ta’ Mark Doneo, tasal fi tmiemha llejla hekk kif illejla se jixxandru l-aħħar 4 puntati wara xulxin u se jżommilkom kumpanija tajba l-aktar peress li bħal Elvis (il-kelb) se tkunu qed toqgħodu ġewwa. Jibdew mid-9pm ‘il quddiem.

L-10 puntata

Niltaqgħu mill-qrib ma’ żewġ karattri li m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni; l-aħwa Vanessa u Claire. Issa drajnihom lil dawn it-tnejn ġejjin u sejrin għand Karen, mhux biex jagħmlu xagħarhom daqskemm biex jieħdu xi belgħa kafe` u jżommu ruħhom aġġornati b’dak kollu li jkun għaddej. Iżda did-darba se nkunu aħna li nidħlu fi djarhom u naraw x’inhu għaddej wara l-bibien magħluqa tagħhom. X’inhi l-istorja ta’ dawn iż-żewġt aħwa u kif se tiddeffes Karen fiha? Dawn it-tnejn dejjem rajniehom flimkien imma huma magħqudin daqs kemm juru? Jekk jidħol xi ħadd bejniethom, fejn tista’ twassal din il-ħaġa?

Il-11-il puntata

Bħalma jgħidu, il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser! Il-gosti sigrieta ta’ Edna wasslu għall-mewt ta’ żewġt irġiel oħra, iżda did-darba Karen ma kellha x’taqsam xejn fl-istorja.  Louis, fid-dawl ta’ dak li kienet qed tagħmel martu, ma felaħx iktar u spiċċa qatel lil Magic u lil Edna u wara neħħa ruħu b’idejh. Li kieku fetaħ qalbu ma’ Karen jew ma’ xi ħadd li jafda forsi din it-traġedja setgħet tiġi evitata.

It-12-il puntata

Dan l-episodju jiffoka fuq il-karattru esplussiv u kkulurit ta’ Jen, element qawwi mit-Trio li tifforma flimkien ma’ Karen u Jo. Kienu bosta d-drabi fejn Karen ġiet bżonn l-għajnuna ta’ Jen u din għosfrot fix-xejn għal xi ġranet. Fejn qed tkun? Qed tgħid il-verita kollha? U x’jiġri meta Karen u Jo jindunaw x’qed tagħmel?

It-13 u l-aħħar puntata

Iktar ma toqrob il-ġurnata tas-smigħ tas-sentenza, iktar Cora se jtiha ferħ ta’ ġenn. Bla dubju din trid tivvendika ruħha mill-mara li serqitilha l-imħabba ta’ ħajjitha, u qed tagħmel ħilitha kollha sabiex ‘issir ġustizzja’ magħha. Saħansitra issa qed tiltaqa’ mal-istess terapista ta’ Karen, Lucienne. Tgħid ser jirnexxielha ġġib biżżejjed provi biex tinkriminha? Minjaf…