“L-agħar tal-pandemija għad irid jasal” – WHO

FILE PHOTO: Director General of the World Health Organization (WHO) Tedros Adhanom Ghebreyesus attends a news conference on the situation of the coronavirus (COVID-2019), in Geneva, Switzerland, February 28, 2020. REUTERS/Denis Balibouse/File Photo

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) qed twissi lid-dinja li l-agħar għad irid jiġi” għall-pandemija tal-Covid-19.

F’konferenza tal-aħbarijiet b’aġġornament dwar il-pandemija b’mod globali, id-Direttur Ġenerali tal-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li jista’ jinfetta għadd kbir ieħor ta’ persuni jekk il-Gvernijiet ma jimplimentawx il-politika t-tajba.

Huwa saħaq li l-messaġġ għadu l-istess, dak ta’ ittestjar, tiftix, iżolazzjoni u kwarantina.

Il-każijiet ta’ coronavirus madwar id-dinja qabżu l-10 miljun każ hekk kif din il-marda respiratorja s’issa qatlet madwar nofs miljun persuna f’seba’ xhur. 

L-ewwel każijiet tal-coronavirus kienu kkonfermati fl-10 ta’ Jannar f’Wuhan fiċ-Ċina, iżda l-infezzjonijiet u l-każijiet fatali malajr żdiedu fl-Ewropa, u wara fl-Istati Uniti u fir-Russja. 

Il-pandemija issa daħlet f’fażi ġdida, fejn l-Indja u l-Brażil qed jiġġieldu tifqigħat ta’ aktar minn 10,000 każ kuljum, fatt li qed jikkawża pressjoni kbira fuq ir-riżorsi tal-pajjiż.