L-agħar ġurnata ta’ pandemija fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja

Walkers wear protective face masks at St Kilda pier in Melbourne, the first city in Australia to enforce mask-wearing to curb a resurgence of COVID-19
REUTERS/Sandra Sanders

It-tieni l-iżjed stat popolat fl-Awstralja, Victoria, nhar l-Erbgħa rraporta l-agħar jum tal-pandemija coronavirus b’15-il fatalità f’dawn l-aħħar 24 siegħa u żieda rekord fl-għadd ta’ infezzjonijiet.

L-istat irraporta 725 każ ġdid meta mqabbel ma’ l-439 tal-jum ta’ qabel. Il-ġimgħa l-oħra kienu rappurtati 723 każ u 13-il mewta f’jum wieħed.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, Victoria imponiet curfew bil-lejl, żiedet ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ kuljum tan-nies u ordnat sezzjonijiet kbar ta’ l-ekonomija sabiex jagħlqu ħalli titnaqqas il-firxa tal-coronavirus.

Ġew stazzjonati wkoll iżjed suldati sabiex ikun hemm iżjed kontroll u kull min jinqabad jikser ir-regolamenti ta’ iżolament kapaċi jeħel multi sa $20,000 dollaru Awstraljan.