L-agħar ġurnata fl-istorja riċenti tal-Italja

Donald Trump jordna l-GM biex jipproduċu l-ventilators

L-Italja rreġistrat l-ogħla numru ta’ mwiet f’ġurnata mindu feġġgħet l-imxija tal-coronavirus  – 919 mewt. Dan ifisser li s’issa l-Italja mietu 9,134 persuna bil-virus.

Ftit qabel l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li l-ikbar theddida li teżisti għal din il-pandemija hi nuqqas ta’ appart mediku madwar id-dinja li kapaċi jsalva l-ħajjiet.

Fuq dan il-punt, il-President Amerikan Donald Trump ordna lill-kumpanijia tal-karozzi General Motors  biex jibdew jipproduċu l-ventilators għal pazjenti tal-coronavirus fejn Trump qed jistrieħ fuq liġi tad-difiża ta’ żmien il-gwerra fil-Korea li tagħti saħħa li l-President jordna kumpaniji li jiefqu mill-produzzjoni tagħhom u jagħmlu prodotti oħra fl-interess tad-difiża nazzjonali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn