L-agħar għaxar pajjiżi fid-dinja fejn hu diffiċli li tkun nisrani

Il-bandiera tal-Korea ta' Fuq - l-aktar pajjiż perikoluż għall-insara
Il-gazzetta Kattolika “The Catholic Herald” ippubblikat il-lista’ tal-għar għaxar postijiet madwar id-dinja fejn hu diffiċli li tkun nisrani minħabba l-persekuzzjoni li hemm fihom.
Korea ta’ Fuq                                                                                                                                     Impossibbli tkun taf eżatt kemm hemm insara fil-Korea ta’ Fuq għax dawn huma meqjusa bħala għedewwa tal-Istat għax jemmnu f’awtorità li hi ogħla minn Kim u allura jridu jżommu t-twemmin tagħhom sigriet kompletament – anke minn xulxin.  Hu stmat li hemm bejn 200,000 u 400,000 li bejn 50,000 u 70,000 minnhom jinsabu priġuneri f’kampijiet tax-xogħol.
Afghanistan                                                                                                                                           Anke fl-Afghanistan l-insara jridu jżommu t-twemmin tagħhom sigriet assolut. L-Islam hu meqjus bħala parti mill-identità Afghana u huwa llegali li wieħed jitlaq din ir-reliġjon. Min jinqabad li bidel ir-reliġjon, jintbagħat fi sptar mentali, imsawwat jew maqtul. Għalhekk hemm eluf ta’ nsara li jgħixu r-reliġjon tagħhom fis-sigriet.
Is-Somalia
Hawnhekk il-Militanti Islamiċi ta’ al-Shabab joqtlu lill-insara jekk jiskopru t-twemmin tagħhom. Il-grupp iddikjara li “irid li s-Somalia tkun ħielsa mill-insara kollha”. L-Islam hu meqjus bħala reliġjon vitali għall-identità Somala u għalhekk fil-pajjiż hemm mijiet ta’ nsara bil-moħbi.
Il-Libja                                                                                                                                            Mill-insara li hemm fil-Libja, madwar 38,000 huma ħaddiema emigranti. Dawn jitħallew jiltaqgħu biex jitolbu imma spiss ikunu attakkati minn radikali Islamiċi. Hu projbiet li fil-pajjiż jidħlu kopji tal-Bibbja bl-Għarbi jew li taqsam il-Vanġelu mal-Musulmani.  Jekk titlaq l-Islam titqies bħala li ttradejt l-identità Libjana.
Pakistan                                                                                                                                               L-insara f’dan il-pajjiż jagħmlu biss 2% tal-popolazzjoni ta’ madwar 3.9 miljun persuna. Dawn huma suġġetti għal Liġi drakonjana dwar id-dagħa li tista’ twassal għall-mewt jew ħabs. L-insara hua suġġetti għal diskriminazzjoni kemm fil-qasam tal-edukazzjoni kif ukoll f’dak tax-xogħol. Xogħol meqjus bħala ‘maħmuġ’ hu riservat għall-insara.
Is-Sudan                                                                                                                                               Mill-1989 ‘l hawn, li tħalli l-Islam biex issir nisrani hu llegali u punibbli bil-mewt. Il-politika awtoritarja tal-Gvern ta’ al-Bashir li taċċetta reliġjon waħda biss hi segwita b’modd mill-aktar rigoruż. Il-liġijiet dwar id-Dagħa jintużaw kontra l-insara speċjalment dwar “atti li jinkoraġixxu l-apostasija kontra l-Islam”.  Hemm madwar żewġ miljuni nsara jgħixu f’dan il-pajjiż.
Eritrea                                                                                                                                                  Mit-2.5 miljun nisrani li hemm jgħixu fl-Eritrea huma biss dawk membri tat-tliet reliġjonijiet rikonoxxuti mill-Gvern (fosthom il-Knisja Kattolika) jistgħu jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom. Kulmin hu membri ta’ xi knisja “mhux reġistrata” hu meqjus bħala għadu tal-Istat. L-insara jistgħu jintbagħatu l-ħabs għal snin twal, jew jagħmlu xogħol furzat fl-għelieqi jew jinżammu f’containers.
Il-Yemen                                                                                                                                                Fil-Yemen l-insara li minnhom hemm biss ftit eluf, iridu jgħixu f’segretezza kompleta. Il-poplu kollu hu meqjus bħala Musulman u jekk tħalli l-Islam tkun kundannat għall-mewt. Min jitlaq l-Islam ħafna drabi jinqatel mill-familja Musulmana tiegħu stess.
L-Iran                                                                                                                                                   It-800,000 nisrani fl-Iran jitqiesu bħala theddida għar-Republika Islamika. Hu projbit li wieħed jagħmel servizzi tar-reliġjon tiegħu bil-lingwa tal-pajjiż, il-Farsi jew li jdaħħal letterutra nisranija fil-pajjiż. Hemm peini twal ta’ ħabs għal “delitti kontra s-sigurtà nazzjonali għal kull Persjan etniku li jikkonverti mill-Islam jekk ma jżommx il-fidi tiegħu sigrieta. Għalkemm l-insara Armeni u mill-Assirja huma liberi li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom, huma jkunu diskriminati jew jintbagħtu l-ħabs jekk ikun suspettati li qed jaqsmu l-Vanġelu ma’ Muslumani.
L-India                                                                                                                                                Għalkemm fl-Indja hu stmat li hemm madwar  64 miljun nisrani dawn jagħmlu anqas minn 5% tal-popolazzjoni.  Il-pajjiż hu mmexxi mill-Partit tal-Hindu li jqisu din ir-reliġjon bħala parti mill-identità tal-poplu. Grupp militanti assoċjat mal-partit fil-Gvern iddikjara li jrid jara lill-insara kollha jitilqu jew jitkeċċew mill-pajjiż sa tmiem l-2021. Kull sena jitwettqu eluf ta’ attakki kontra l-insara bla ma jittieħdu passi kontra min iwettaqhom.