“L-agħar esperjenza f’7 snin” – ħaddiem imsawwat

Wara argument bejn ħaddiema tal-ambulanza u raġel ieħor 3 ijiem ilu, vittma qal li din kienet l-agħar esperjenza li kellu f’7 snin f’dan ix-xogħol.

Charlton Caruana wera d-dispjaċir tiegħu fuq il-midja soċjali dwar in-nuqqas ta’ rispett lejn il-professjoni.

Huwa appella lill-pubbliku biex juri rispett lejn il-ħaddiema tal-ambulanzi, u biex iċempel għal ambulanza f’każ ta’ emerġenza vera, għax insista li xogħolhom hu li jsalvaw il-ħajjiet tan-nies, u mhux li jduru wara n-nies.

Il-vittma rringrazzja lit-3 persuni li marru jgħinu lit-3 ħaddiema li sfaw aggrediti kemm fiżikament u anke verbalment.

Numru kbir ta’ nies kitbu kummenti ta’ inkoraġġiment u apprezzament lejn dan il-ħaddiem.

As most of you have heard last weekend, myself and 2 colleagues were assaulted while on our line of duty on the…

Posted by Charlton Caruana on Monday, July 23, 2018