Read in English.
Fil-ġurnata li ma ħallhix lid-Direttur tal-Ħabs jitkellem fuq 103 Malta’s Heart, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbar kif l-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi ġabet l-ewwel vettura bullet proof. Il-vettura se tkun qed tintuża waqt l-iskorti tal-priġunieri.
Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Ministru insista li l-pajjiż mhux se jitqammel fejn tidħol is-sigurtà. Sostna li hemm diversi postijiet fejn qed isir investiment għall-ewwel darba.
Camilleri qal li b’għodda tajba jkunu qed jissalvagwardjaw ukoll is-saħħa tal-ħaddiema. Spjega I-ħaddiema tal-faċilità qed jaqdu rwoli li sa ftit snin ilu kienu jsiru minn ħaddiema ta’ korpi dixxiplinati oħrajn. Sostna li biex jagħmlu dan, determinati li jagħtuhom biex jaħdmu.