L-aġenzija Moody’s sorpriża bis-surplus

L-aġenzija internazzjonali Moody’s qalet li s-surplus li kisbet Malta s-sena li għaddiet ta’ 1% huwa sorpriża.
F’artiklu miktub minn tliet ekonomisti tal-Moody’s, intqal li s-surplus huwa pożittiv għaliex jirriżulta wkoll li naqas il-piż tad-dejn tal-Gvern li issa niżel taħt is-60% tal-Prodott Domestiku Gross.
L-aġenzija qalet li s-surplus kien dovut fost l-oħrajn  mill-qagħda tajba tat-turiżmu u mill-bejgħ taċ-ċittadinanza b’investiment.
Żiedet tgħid li l-istess surplus se jgħin biex il-Gvern jibni ilqugħ fiskali għal meta l-ekonomija ta’ Malta tintlaqat minn riskji barrani.
Temmet tgħid li Malta se tkompli tiffaċċja sfidi dwar ir-riforma fit-taxxa u l-evazzjoni.