L-aġenzija internazzjonali Fitch tnaqqas il-credit rating ta’ Malta

L-Aġenzija tal-Credit Rating Fitch ħabbret li se tnaqqas il-credit rating fit-tul ta’ Malta minn A+ għal A. 

Dan wara li s-sitwazzjoni tal-finanzi tal-Gvern sejra għall-agħar.  Filwaqt li l-Gvern qed ibassar deficit ta’ 2.7%, Fitch qed tistma’ żbilanċ ferm ogħla ta’ 3.6%. L-Aġenzija Fitch qalet illi l-budget għal ta’ din is-sena  minflok ħa miżuri biex jikkontrolla n-nefqa tal-Gvern kien wieħed li żied in-nefqa.

F’reazzjoni għal dan il-Gvern fi stqarrija qal illi L-Agenzija Fitch, iddeċidiet li tirrevedi ‘l isfel il-credit rating tal-pajjiż minħabba d-deficit eċċessiv li kellna fis-sena 2012.

Il-Gvern huwa kunfidenti li din is-sena jilħaq it-targets tiegħu tad-deficit u pajjiżna jinżel taħt it-3 fil-mija.