​L-aġenzija DBRS tikkonferma r-rating “A” għal Malta

L-aġenzija DBRS żammet ir-rating ta’ Livell “A” għal Malta wara li kkonfermat li x-xejriet ekonomiċi tal-pajjiż huma stabbli.
Fl-istess waqt wissiet li l-qagħda tal-Gvern xorta waħda tista’ titqies bħala waħda vulnerabbli, l-aktar minħabba l-effetti li jista’ jkun hemm fuq is-settur finanzjarju u dak tal-enerġija.
Semmiet kif dan ir-rating ingħata fost l-oħrajn minħabba r-rata attraenti ta’ taxxa għall-investituri fil-pajjiż, kif ukoll minħabba li Malta hija membru taż-żona ewro. 
DBRS spjegat li s-saħħa finanzjarja u l-ambjent ekonomiku tal-pajjiż qed iwasslu għal iktar opportunitajiet ta’ xogħol fis-settur turistiku.
Ir-rapport ta’ DBRS jitkellem ukoll dwar ir-rata dgħajfa ta’ produttività f’Malta li ntqal jista’ jħalli effetti negattivi fuq il-kompetittività ta’ Malta.