L-Aġenzija Appoġġ teħtieġ voluntiera ġodda

L-Aġenzija Appoġġ teħtieġ voluntiera ġodda biex joffru l-ħin tagħhom fis-servizzi Supportline 179 u Programm Ulied Darna.

Dawk interessanti li jkunu parti mit-tim ta’ voluntiera jingħataw taħriġ professjonali.

Kull min hu interessat jista’ jċempel fuq 22959000 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju jew iżuru s-sit www.appogg.gov.mt.

L-applikazzjoni tista’ timtela’ online jew tinġabar mill-Aġenzija Appoġġ.

Id-data tal-għeluq tal-applikazzjoni ġiet estiża sat-2 ta’ Settembru 2013.